Inter
From Wikipedia, the free encyclopedia
Football Club Internazionale Milano, imsejjaħ Internazionale (ppronunzjata /ˌinternattsjoˈnaːle/), jew Inter,[1][2] u magħruf ukoll bħala Inter Milan barra mill-Italja, huwa klabb professjonali Taljan tal-futbol ibbażat f'Milan, Lombardija. Inter huwa l-uniku tim li qatta' l-istorja kollha tiegħu fil-quċċata tal-futbol Taljan sa mit-twaqqif tiegħu fl-1908.
Isem sħiħ | Football Club Internazionale Milano S.p.A. | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
I Nerazzurri (Is-Suwed u l-Bluni) La Beneamata (l-maħbuba) Il Biscione (is-serp) | |||
Fundazzjoni | 9 ta' Marzu 1908 | |||
Grawnd | Stadio Giuseppe Meazza, Milano | |||
Proprjetarju | Suning Holdings Group (en) | |||
Kowċ | Simone Inzaghi (en) | |||
Kampjonat | Serie A | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Imwaqqaf fl-1908 wara qasma fil-Milan Cricket and Football Club (issa AC Milan), l-Inter rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom fl-1910. B'kollox, Inter rebħu 32 trofew domestiku, inkluż il-kampjonat 19-il darba, il-Coppa Italia seba' darbiet u s-Supercoppa Italiana sitt darbiet. Mill-2006 sal-2010, il-klabb rebaħ ħames kampjonati suċċessivi.[3] Huma rebħu l-UEFA Champions League tlett darbiet; tnejn wara xulxin fl-1964 u l-1965 u mbagħad darb'oħra fl-2010. Inter huwa l-unika klabb Taljan li kiseb it-Tripletta, magħmula mill-UEFA Champions League, il-Coppa Italia u l-kampjonat.[4] Il-klabb rebaħ ukoll tliet Tazzi UEFA, żewġ Tazzi Interkontinentali u Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.
Inter jilagħbu l-logħob f'darhom ġewwa San Siro, magħruf ukoll bħala Stadio Giuseppe Meazza. Il-grawnd, li huwa maqsum mar-rivali Milan, huwa l-akbar fil-futbol Taljan b'kapaċità totali ta' 80,018.[5] Milan huma meqjusa bħala l-akbar rivali tagħhom, u logħbiet bejn iż-żewġ timijiet huma msejħa Derby della Madonnina, li hija waħda mill-aktar derbies segwiti fil-futbol.[6] Inter għandhom ukoll rivalità kontra Juventus. Il-president attwali u l-proprjetarju ta' Inter huwa Steven Zhang. Il-klabb huwa wieħed mill-aktar sinjuri fil-futbol Taljan u fid-dinja.[7]