Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fin-Nofsinhar tal-Ewropa
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fin-Nofsinhar tal-Ewropa / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 183 Sit ta' Wirt Dinji fil-15-il pajjiż sovran (imsejħa wkoll "stati li huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji") tan-Nofsinhar tal-Ewropa: l-Albanija, Andorra, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Portugall, San Marino, is-Serbja, is-Slovenja, Spanja u l-Vatikan, kif ukoll sit wieħed fit-territorju ekstra-Ewropew Brittaniku ta' Ġibiltà.[1] Filwaqt li t-Turkija għandha territorju fin-Nofsinhar tal-Ewropa, is-siti tagħha mhumiex inkluż hawnhekk iżda mas-Siti ta' Wirt Dinji tal-Punent tal-Asja. Is-siti ta' Ċipru huma inklużi wkoll mas-siti tal-Punent tal-Asja.
L-iżjed żewġ pajjiżi li għandhom Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'dan ir-reġjun huma l-Italja b'59 sit u Spanja b'50 sit (45 sit jekk wieħed ma jgħoddx dawk tal-Gżejjer Kanarji, li huma inklużi mas-siti fl-Afrika). Seba' siti huma kondiviżi bejn diversi pajjiżi. L-ewwel siti tar-reġjun tniżżlu fl-1979, sena wara li ġiet stabbilita l-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u kienu jinkludu sitt siti fl-Eks Jugoslavja u sit fl-Italja.[2][3] Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jżid siti ġodda mal-lista, jew ineħħi xi siti li ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO.