Olivia Lewis
kantanta Maltija / From Wikipedia, the free encyclopedia
Olivia Lewis (Ħal Qormi, 18 ta' Ottubru 1978) hi kantanta Maltija.
Lewis bdiet tkanta ta' tifla żgħira u kienet tinvolvi ruħha f'diversi festival mużikali. Hi tkanta diversi stili mużikali, minn pop għal jazz, imma tippreferi aktar l-mużika soul.
Fix-xena mużikali lokali, hi hi l-aktar popolari miħabba n-numru ta' parteċipazzjonijiet li għamlet fil-festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, li tagħżel il-kanzunetta Maltija li se tikkompeti fil-Festival tal-Eurovision. Fil-ħdax-il attentat tagħha, hi finalment rebħet il-festival tal-2007, li sar fit-3 ta' Frar 2007, bil-kanzunetta "Vertigo". Hi rrapreżentat lil Malta fis-semifinali tal-Eurovision 2007 f'Ħelsinki, fil-Finlandja, nhar l-10 ta' Mejju 2007. Hi kantat fl-20 post wara l-kantanta Norveġiża Guri Shanke bil-kanzunetta "Ven a bailar conmigo" u qabel il-grupp Anonymous mill-Andorra bil-kanzunetta "Salvem El Món". Madanakollu hi ma rnexxilhiex taqta' passaġġ għall-finali, fejn ikklassifikat fil-25 post minn 28 pajjiż b'total minimu ta' 15-il punt.