Premier League Bjelorussu
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Premier League Bjelorussu jew Vysheyshaya Liga (bil-Bjelorussu: Вышэйшая ліга, l-ogħla kampjonat) huwa l-ogħla kampjonat tal-futbol fil-Bjelorussja, u huwa organizzat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Bjelorussja. In-numru ta' timijiet fil-kompetizzjoni huwa varjat matul is-snin li qabel kellu 17-il tim u issa tnaqqsu għall-12, li kienet seħħet l-ewwel fl-2010. Kull tim jilgħab ma tim ieħor tliet darbiet matul il-kors tal-istaġun. Fl-aħħar tal-istaġun tim wieħed huwa relegat għall-Ewwel Diviżjoni Bjelorussa, u jidħol dak it-tim li ġie promoss mill-Ewwel Diviżjoni. BATE Borisov huwa ċampjins kurrenti.
Quick Facts Sport, Fundazzjoni ...
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Premier League Bjelorussu 2015 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1992 |
Nru. ta' timijiet | 16 |
Reġjun | Bjelorussja |
Ċampjin attwali | BATE Borisov (2015) |
L-aktar rebħiet | BATE Borisov (12-il titlu) |
Sit elettroniku | www.bff.by |
Close