Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq
pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Maċedonja ta' Fuq ( ˌmæsɨˈdoʊniə (għajnuna·info) Maċedonjan: Северна Македонија), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (Maċedonjan:Република Северна Македонија), huwa pajjiż interkjuż li jinsab fil-Punent ċentrali tal-peniżola Balkana fl-Ewropa tax-Xlokk. Il-pajjiż kien wieħed mill-istati suċċessuri tal-eks Jugożlavja, li minnha ddikjaraw l-indipendenza fl-1991. Hija saret membru tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru tal-1993. Bejn din is-sena sa Frar tal-2019, bħala riżultat ta' tilwima mal-Greċja fuq l-isem tagħha, kienet iddaħħlet taħt ir-referenza provviżorja tal-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja,[5][6] xi drabi mqassra bħala FYROM (mill-Ingliż Former Yugoslav Republic of Macedonia).[7] F'Ġunju tal-2018, il-Maċedonja u l-Greċja ffirmaw it-Trattat ta' Prespa li rriżolva t-tilwima ta' isem il-pajjiż, fejn il-Maċedonja aċċetta li l-isem uffiċċjali tal-pajjiż isir ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Dan il-bdil fl-isem beda jieħu effett mit-12 ta' Frar 2019 'il quddiem.
Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq Република Северна Македонија Republika Severna Makedonija |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Денес над Македонија Denes nad Makedonija Illum aktar minn Maċedonja |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Skopje 40°0′N 21°26′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Maċedonjan | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Gordana Siljanovska-Davkova | ||||
- | Prim Ministru | Talat Xhaferi | ||||
- | Kelliem tal-Parlament | Jovan Mitreski | ||||
Indipendenza | mill-Jugożlavja | |||||
- | Iddikjarata | 8 ta' Settembru 1991 | ||||
- | Rikonoxxuta uffiċjalment | 8 ta' April 1993 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 25,713 km2 (148) 9,779 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.9 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2011[1] | 2,058,539 (146) | ||||
- | ċensiment tal- | 2,022,547[2] | ||||
- | Densità | 80.1/km2 (122) 210.5/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $22.147 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $10,718[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $10.198 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $4,935[3] | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.728[4] (għoli) (78) | |||||
Valuta | denar Maċedonjan (MKD ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +389 | |||||
TLD tal-internet | .mk |
Il-pajjiż huwa mdawwar bl-art, billi jmiss mal-Kosovo fil-Majjistral, is-Serbja fit-Tramuntana, il-Bulgarija fil-Lvant, il-Greċja fin-Nofsinhar u l-Albanija fil-Punent.[8] Hija tikkostitwixxi madwar in-nofs tal-akbar reġjun tal-Maċedonja ġeografiku, li jinkludi wkoll partijiet tal-Greċja u l-Bulgarija. Il-belt kapital tal-pajjiż hija Skopje, bi 506,926 abitant skont iċ-ċensiment tal-2002. Bliet oħra jinkludu lil Bitola, Kumanovo, Prilep, Tetovo, Ohrid, Veles, Štip, Kočani, Gostivar, Kavadarci u Strumica. Hija għandha aktar minn 50 lag u sittax-il muntanja ogħla minn 2,000 m (6,562 ft). Il-Maċedonja ta' Fuq hija membru tan-NU u l-Kunsill tal-Ewropa. Minn Diċembru 2005 kienet ukoll kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u applikat għas-sħubija man-NATO.
Total tal-fruntieri tal-Maċedonja ta' Fuq: 838 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): l-Albanija 181 km; Bulgarija 162 km; Greċja 234 km; Kosovo 160 km; Serbja 101 km.