UEFA
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA (pronunzjata /juˈeɪ̪fə/).
Membri tal-UEFA huma kkuluriti bluni | |
Formazzjoni | 15 ta' Ġunju, 1954 |
---|---|
Tip | Organizzazzjoni sportiva |
Kwartieri ġenerali | Nyon, Żvizzera |
Sħubija | 53 assoċjazzjoni membru |
Lingwi uffiċjali | Ingliż, Franċiż u Ġermaniż |
President | Michel Platini |
Sit elettroniku | www.uefa.com |
Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC). Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika.
Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.
Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera. Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.
Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini.