Ħ'Attard
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ħ'Attard hu raħal fiċ-ċentru ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Flimkien ma' Ħal Balzan u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi". Ħ'Attard sar parroċċa fl-1499 u il-patruna tiegħu hija Santa Marija. Raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza i hemm fih huma il-Palazz ta' Sant'Anton u l-ġonna tiegħu, l-Istadju Nazzjonali kif ukoll il-Park Nazzjonali, u l-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f' Ta' Qali. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar kif tixhed il-mottu tiegħu "Floriger Rosis Halo" (Iffjurit bil-Ward Imfewwaħ).
Quick Facts Amministrazzjoni, Ismijiet oriġinali ...
Ħ'Attard | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Tramuntana | ||
Ismijiet oriġinali | Ħ'Attard | ||
Kodiċi postali |
ATD | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35.9°N 14.45°E / 35.9; 14.45 | ||
Superfiċjenti | 6.6 kilometru kwadru | ||
Għoli | 95 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 10,930 abitanti (31 Diċembru 2016) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Pieve Emanuele (en) | ||
localgovernmentdivisioncms.gov.mt… |
Close