Antoine de Saint-Exupéry
kittieb u bdot Franċiż / From Wikipedia, the free encyclopedia
Antoine Marie Jean-Baptiste Roger, comte de Saint-Exupéry, magħruf sempliċement bħala de Saint-Exupéry ([ɑ̃twan də sɛ̃t‿ɛɡzypeʁi]; twieled fid-29 ta’ Ġunju 1900 – miet fil-31 ta’ Lulju 1944) kien kittieb, poeta, aristokratiku, ġurnalist u bdot pijunier Franċiż. Huwa ngħata diversi premjijiet letterarji Franċiżi għoljin u rebaħ ukoll il-Premju Nazzjoni tal-Ktieb tal-Istati Uniti. Huwa baqa’ magħruf l-iktar għall-kitba ta’ Iċ-Ċkejken Prinċep/Il-Prinċep iż-Żgħir (Le Petit Prince) u għall-kitbiet liriċi tiegħu tal-avjazzjoni, fosthom Art tal-Irġiel (Terre des hommes) u Titjir Billejl (Vol de Nuit).
Antoine de Saint-Exupéry | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Antoine Jean-Baptiste Marie Roger de Saint-Exupéry |
Twelid | 2nd arrondissement of Lyon (en) , 29 Ġunju 1900 |
Nazzjonalità | Franza |
L-ewwel lingwa | Franċiż |
Mewt | île de Riouu Baħar Mediterran, 31 Lulju 1944 |
Kawża tal-mewt | mewta aċċidentali (aċċident tal-avjazzjoni) |
Familja | |
Missier | Jean Marc de Saint-Exupéry |
Omm | Marie de Saint-Exupéry |
Konjuga/i | Consuelo de Saint Exupéry (22 April 1931 - 31 Lulju 1944) |
Aħwa |
uri
|
Tribù | familja Saint-Exupéry |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Lycée Saint-Louis Notre Dame de Mongré High School (en) (1914 - 1915) Villa St. Jean International School (en) (1915 - 1917) |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
bdot rumanzier kittieb tal-kotba tat-tfal kittieb ġurnalist Illustratur filosofu |
Impjegaturi |
Aéropostale (1926 - 1936) Paris-Soir (en) (1934 - 1939) |
Xogħlijiet importanti |
Titjir Billejl Iċ-Ċkejken Prinċep Il-Posta tan-Nofsinhar Art tal-Irġiel Ittra lil ostaġġ Titjira lejn Arras Citadelle (en) |
Premjijiet |
List
|
Sħubija | Société des poètes français (en) |
Moviment artistiku |
rumanz ħrafa poeżija récit (en) |
Servizz militari | |
Fergħa militari | French Air Force (en) |
Grad | commanding officer (en) |
Iġġieldu | It-Tieni Gwerra Dinjija |
Saint-Exupéry kien bdot kummerċjali ta’ suċċess qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, u ħadem fir-rotot tat-trasport tal-posta bl-ajru fl-Ewropa, fl-Afrika, u fl-Amerka t’Isfel. Huwa ssieħeb fil-Forza tal-Ajru Franċiża fil-bidu tal-gwerra, u wettaq missjonijiet ta’ rikonjizzjoni mill-ajru sal-armistizju ta’ Franza mal-Ġermanja fl-1940. Wara li ġie demobilizzat mill-Forza tal-Ajru Franċiża, huwa vvjaġġa lejn l-Istati Uniti biex jgħin ħalli jipperswadi l-gvern tiegħu jidħol fi gwerra kontra l-Ġermanja Nażista.
Saint-Exupéry qatta’ 28 xahar fl-Amerka, u matul dak iż-żmien kiteb tlieta mill-iktar xogħlijiet importanti tiegħu, u mbagħad issieħeb fil-Forza tal-Ajru Franċiża Ħielsa fit-Tramuntana tal-Afrika—għalkemm kellu ferm iktar mill-età massima għal tali bdoti u s-saħħa tiegħu kienet bdiet tmur lura. Huwa għeb u jingħad li miet meta kien fuq missjoni ta’ rikonjizzjoni minn Korsika fuq il-Mediterran fil-31 ta’ Lulju 1944.
Qabel il-gwerra, Saint-Exupéry kien kiseb il-fama fi Franza bħala bdot. Wara mewtu, ix-xogħlijiet letterarji tiegħu xprunaw l-istatura tiegħu għal status ta’ eroj nazzjonali fi Franza, inkluż Iċ-Ċkejken Prinċep/Il-Prinċep iż-Żgħir li ġiet tradott bi 300 lingwa. Huwa kiseb iktar rikonoxximent mifrux ulterjuri bit-traduzzjonijiet internazzjonali tax-xogħlijiet l-oħra tiegħu. Il-memorji filosofiċi tiegħu tal-1939 Terre des hommes (Art tal-Irġiel) saru isem grupp umanitarju internazzjonali; intużaw ukoll bħala t-tema ċentrali tal-Expo 67 f’Montreal, Quebec. Lyon, il-belt fejn twieled, semmiet l-ajruport prinċipali tagħha f’ismu.