Chordata
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kordati (Chordata, Bateson 1885) jirrappreżentaw phylum ta' annimali li fih organiżmi ta' ħafna forom u komplessità, bħall-Vertebrati, l-Urokordati u ċ-Ċefalokordati. Dan il-phylum hu bbażat fuq struttura interna forma ta' bastun ta' support magħruf bħala notokorda.
Chordata | |
---|---|
Branchiostoma lanceolatum | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Dominju: | Eukaryota |
Renju: | Animalia |
Sottorenju: | Eumetazoa |
Fergħa: | Bilateria |
Superphylum: | Deuterostomia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | Subphyla
|
L-Urokordati - jew Tunikati - huma oraniżmi żgħar tal-baħar, sessili u filtraturi, li jibdew bħala larvi planktoniċi li jeħlu ma' qiegħ il-baħar u meta jsiru adulti jiżviluppaw f'forma ta' borza miksija minn qoxra protettiva msejħa tunika. L-ascidiacea huma eżempju ta' dawn.
Iċ-Ċefalokordati, huma wkoll annimali tal-baħar, imma ġisimhom, twil minn 3 sa 5 ċm, għandu għamla tawwalija, bil-ponta fit-truf, qishom ħuta bir-ras mhux żviluppata. Huma għawwiema dagħjfa li jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru fir-ramel tal-kosti oċeaniċi, biex jindifnu u jieklu permezz tal-filtrazzjoni mill-parti ta' quddiem li jħallu barra r-ramel.
It-tielet grupp ta' Kordati hu rappreżentat mill-Kranjati, annimali li permezz ta' proċess ta' ċefalizzazzjoni żviluppaw ras distingwibbli sew mill-bqija tal-ġisem. Il-grupp tal-Kranjati fih il-missini (Myxini) ħajjin u s-subphylum tal-Vertebrati, organiżmi iżjed kumplessi li adattaw ruħhom għal kull tip ta' ambjent: ilma (il-ħut), arja (l-għasafar) u art (Anfibi, Rettili u Mammiferi).