FIFA Puskás Award
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-FIFA Puskás Award huwa unur li ġie stabbilit fl-20 ta' Ottubru 2009 mill-FIFA (Fédération Internationale de Football Association) fuq rikjesta tal-President Sepp Blatter li jingħata lill-plejer li jkun skorja l-isbaħ gowl tas-sena.
L-unur huwa b'ġieħ Ferenc Puskás, kaptan tat-tim nazzjonali Ungeriż fis-snin ħamsin u protagonista tas-suċċessi mar-Real Madrid fis-snin sittin. Puskás huwa kkunsidrat minn ħafna bħala wieħed mill-aktar attakkanti b'saħħithom u prolifiċi li l-futbol Ewropew qatt ipproduċa, u skorja 84 gowl f'85 logħba internazzjonali. Hu kien wieħed mill-aqwa skorers tas-seklu 20 b'512-il gowl f'528 logħba.
L-ewwel serata saret fil-21 ta' Diċembru 2009 fl-Iżvizzera, bil-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo joħroġ rebbieħ.