Holašovice
villaġġ fid-distrett ta’ České Budějovice, fir-reġjun tal-Boemja tan-Nofsinhar, iċ-Ċekja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Holašovice ([ˈɦolaʃovɪtsɛ], bil-Ġermaniż: Hollschowitz jew Holschowitz) huwa villaġġ storiku żgħir li jinsab fin-Nofsinhar tar-Repubblika Ċeka, 16-il kilometru fil-Punent ta’ České Budějovice u 24 km fit-Tramuntana ta’ Český Krumlov. Il-villaġġ jagħmel parti mill-muniċipalità ta’ Jankov u mir-reġjun tal-Boemja tan-Nofsinhar tar-Repubblika Ċeka. Fin-Nofsinhar ta’ Holašovice hemm żona ta’ pajsaġġ protett tal-Foresta ta’ Blanský. Il-villaġġ ġie abbandunat wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u b’hekk il-pjanta Medjevali u l-binjiet vernakolari tiegħu bl-istil tal-Barokk Rurali jew bl-istil folkloristiku Barokk tal-Boemja tan-Nofsinhar waslu sa żminijietna qawwijin u sħaħ. Il-villaġġ ġie rrestawrat u ripopolat mill-1990, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[1]
Holašovice | |
---|---|
Repubblika Ċeka | |
Amministrazzjoni | |
Pajjiż | Repubblika Ċeka |
Cohesion region | Jihozápad |
Region of the Czech Republic | Reġjun tan-Nofsinhar tal-Boemja |
District of the Czech Republic | Distrett ta' České Budějovice |
Municipality of the Czech Republic | Jankov |
Isem uffiċjali | Holašovice |
Kodiċi postali |
37383 |
Ġeografija | |
Koordinati | 48.97°N 14.27°E / 48.97; 14.27 |
Superfiċjenti | 4.291 kilometru kwadru |
Għoli | 505 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 204 abitanti (26 Marzu 2021) |
holasovice.eu |