Ipoġew ta' Ħal Saflieni
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni huwa struttura Neoltika taħt l-art li tmur lura għal żmien magħruf bħala l-fażi ta' Ħal Saflieni, jiġifieri 3300 – 3000 Q.K., fil-preistorja Maltija, u jinsab proprju f'Ħal Saflieni, qrib Raħal Ġdid. Sikwit huwa magħruf sempliċement bħala l-Ipoġew (jew Hypogeum bl-Ingliż), li litteralment huwa terminu li ġej mill-Grieg li jfisser ‘taħt l-art'. Jingħad li l-Ipoġew kien jintuża bħala santwarju u bħala nekropoli. L-arkeologi ddokumentaw il-fdalijiet ta' xi 7,000 persuni.[2] L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni jitqies bħala fost l-aqwa eżempji ppreservati tal-kultura tal-bini tat-tempji fil-Gżejjer Maltin li pproduċiet ukoll it-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex u ċ-Ċirku tax-Xagħra.
More information Ismijiet alternattivi, Post ...
Ismijiet alternattivi | Ipoġew Preistoriku ta' Ħal Saflieni (isem uffiċjali) jew Ipoġew |
---|---|
Post | Ħal Saflieni, Malta (qrib Raħal Ġdid) |
Koordinati | 35°52′10.5″N 14°30′24.5″E |
Erja | 500m2 |
Storja | |
Materjal | Franka |
Stabbilit | xi 4000 Q.K. (l-iktar fdalijiet bikrin) |
Abbandunat | xi 2500 Q.K. |
Perjodu Preistoriku | il-fażi ta' Ħal Saflieni |
Noti dwar is-sit | |
Dati tal-iskavi | 1903-1908, 1990-1993 |
Arkeologi | Manuel MagriTemi Zammit |
Kundizzjoni | Preservat u rrestawrat l-aħħar fl-2017 |
Sjieda | Gvern ta' Malta |
Ġestjoni | Heritage Malta[1] |
Aċċess pubbliku | Iva (limitat) |
Sit Web | Heritage Malta |
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO | |
Isem uffiċjali | “Ħal Saflieni Hypogeum” (Ipoġew ta' Ħal Saflieni) |
Tip | Kulturali |
Kriterju | iii |
Deżinjazzjoni | 1980 (ir-raba' sessjoni) |
Nru ta' Referenza | 130 |
Reġjun | L-Ewropa u l-Amerka ta' Fuq |
Close