Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Afrika t'Isfel
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Afrika t'Isfel / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Afrika t'Isfel irratifikat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Lulju 1997, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Afrika t'Isfel fl-1999 huma s-Siti tal-Fossili tal-Ominidi tal-Afrika t'Isfel u l-Park tal-Art Mistagħdra ta' iSimangaliso, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement mill-Afrika t'Isfel huwa l-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton fl-2018. Mill-2018, l-Afrika t'Isfel b'kollox għandha għaxar Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali, erba' naturali u wieħed imħallat.