Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Istati Uniti
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Istati Uniti / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Istati Uniti rratifikaw il-Konvenzjoni fis-7 ta' Diċembru 1973, u b'hekk is-siti indikattivi tagħhom setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox l-Istati Uniti għandhom 25 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tnax kulturali, tnax naturali u wieħed imħallat. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Istati Uniti żdiedu fl-1978: il-Park Nazzjonali ta' Yellowstone u l-Park Nazzjonali ta' Mesa Verde. L-iżjed Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li żdied reċentement mill-Istati Uniti huwa t-Tumbati Ċerimonjali tal-Ħamrija ta' Hopewell, fl-2023.