Lista ta' binjiet ta' Gaudí
From Wikipedia, the free encyclopedia
Antoni Gaudí kien arkitett mill-Katalonja, Spanja, li kien parti mill-moviment tal-Moderniżmu (magħruf iktar bħala Art Nouveau). Huwa kien famuż għall-istil uniku tiegħu u għad-disinni tassew individwalistiċi.
Bħala student tal-arkitettura fl-Escola Tècnica Superior d'Arquitectura f'Barċellona mill-1873 sal-1877, Gaudí kiseb marki medjokri biss, iżda mar tajjeb fit-"tpinġijiet u fil-proġetti ta' prova" tiegħu.[1] Wara ħames snin ta' xogħol u tagħlim, Gaudí kkwalifika bħala arkitett fl-1878.
Meta Elies Rogent iffirma l-lawrija ta' Gaudí huwa ddikjara "Qui sap si hem donat el diploma a un boig o a un geni. El temps ens ho dirà" ("Min jaf jekk tajniex din id-diploma lil miġnun jew lil ġenju. Iż-żmien jagħtina parir.").
Gaudí mill-ewwel beda jfassal il-pjanti u d-disinni. Huwa baqa' affiljat mal-iskola għal ħajtu kollha.