Mahatma Gandhi
From Wikipedia, the free encyclopedia
Mohandas Karamchand Gandhi (2 ta' Ottubru 1869 – 30 ta' Jannar 1948) kien l-akbar mexxej tal-Indja fil-ġlieda tagħha għall-indipendenza. Pijunier tas-satyagraha, jew reżistenza għat-tirannija permezz ta' diżubbidjenza ċivili tal-massa — filosofija mibnija fuq l-ahimsa, non-vjolenza totali — Gandhi wassal lill-Indja għall-indipendenza u ispira movimenti għad-drittijiet ċivili għal-libertà madwar id-dinja. Gandhi jissejjaħ ħafna drabi bħala Mahatma, li bis-Sanskrit tfisser "Ruħ Kbira". Fl-Indja jsejħulu Bapu, li bil-Gujarati tfisser "missier", u jqimuh uffiċjalment bħala Missier in-Nazzjon. Jum twelidu, it-2 ta' Ottubru, huwa Jum Nazzjonali fl-Indja, u l-Jum Internazzjonali tan-Non-Vjolenza fid-dinja kollha.
Mahatma Gandhi | |
---|---|
Vuċi | |
Ħajja | |
Isem propju | મોહનદાસ ગાંધી |
Twelid | Porbandar (en) , 2 Ottubru 1869 |
Nazzjonalità |
Indja British Raj (en) Dominju tal-Indja |
Residenza |
Londra Indja Afrika t'Isfel |
Grupp etniku | Gujarati people (en) |
L-ewwel lingwa | Gujarati |
Mewt | Gandhi Smriti (en) , 30 Jannar 1948 |
Post tad-dfin | Raj Ghat and associated memorials (en) |
Kawża tal-mewt | omiċidju (ferita b'tir ta' arma tan-nar) |
Mudell:P | Nathuram Godse (en) |
Familja | |
Missier | Karamchand Uttamchand Gandhi |
Omm | Putlibai Karamchand Gandhi |
Konjuga/i | Kasturba Gandhi (en) (Mejju 1883 - 22 Frar 1944) |
Ulied | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Mahatma Gandhi Museum (en) 1877) Inner Temple (en) Samaldas Arts College (en) University College London (en) (1888 - : liġi |
Lingwi |
Gujarati Ħindi Ingliż Odia (en) |
Għalliema | Shrimad Rajchandra (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
politiku avukat kittieb politiku ġurnalist filosofu awtobijografu saġġist editur tal-gazzetta attivist tad-drittijiet tal-bniedem kittieb tal-memorji umanitarju attivist tal-paċi rivoluzzjonarju kittieb ġurist freedom fighter (en) |
Għoli | 164 cm |
Xogħlijiet importanti | satyagraha (en) |
Premjijiet | |
Nominat għal |
uri
|
Influwenzat minn |
Henry David Thoreau (en) Leo Tolstoy (en) Gautama Buddha G. K. Chesterton (en) John Ruskin (en) Vyasa (en) Narmadashankar Dave (en) Shrimad Rajchandra (en) Henry Stephens Salt (en) Thiruvalluvar (en) |
Sħubija |
Inner Temple (en) Vegetarian Society (en) |
Moviment |
non-vjolenza veġetarjaniżmu |
Servizz militari | |
Iġġieldu | Marċ tal-Melħ |
Gandhi l-ewwel ma ħaddem id-diżubbidjenza ċivili non-vjolenti kien bħala avukat fl-Afrika t'Isfel, fil-ġlieda li kellha l-komunità Indjana t'hemmhekk għad-drittijiet ċivili. Meta mar lura l-Indja fl-1915, beda jorganizza lill-bdiewa, raħħala u ħaddiem a biex jipprotestaw kontra t-taxxi esaġerati fuq l-art u d-diskriminazzjoni. Minn meta beda jmexxi l-Kungress Nazzjonali Indjan fl-1921, Gandhi beda jmexxi kampanji nazzjonali kontra l-faqar, biex jagħti iktar drittijiet lin-nisa, jgħaqqad nies ta' reliġjonijiet u etniji differenti, itemm id-diskriminazzjoni tal-intokkabbli, ikabbar l-awtonomija ekonomika personali, u jġib l-indipendenza tal-Indja mill-okkupazzjoni Brittanika. Gandhi mexxa lill-Indjani kontra t-taxxa fuq il-melħ li mponew l-Ingliżi, fil-famuż Marċ tal-Melħ twil 400 kilometru (250 mil) fl-1930, u iktar tard sejjaħ lill-Ingliżi biex jitilqu fl-1942. Intefa' l-ħabs bosta drabi, kemm fl-Afrika t'Isfel kif ukoll fl-Indja.
Gandhi issielet biex jipprattika n-non-vjolenza u l-verità dejjem u f'kull sitwazzjoni, u ħeġġeġ lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Għex fil-faqar f'komunità residenzjali awto-suffiċjenti u kien jilbes ilbies fqir tradizzjonali Indjan, li kien nisġu hu nnifsu. Kien jiekol ikel veġitarjan sempliċi, u kien jagħmel diversi sawmiet fit-tul kemm biex jissaffa spiritwalment kif ukoll bħala protesta soċjali.