Premju Nobel għall-Paċi
wieħed minn ħames Premji Nobel / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Premju Nobel għall-Paċi huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li ilu jingħata kull sena (b'xi eċċezzjonijiet) minn Marzu 1901.[1] Dan il-premju jingħata lil dawk li "għamlu l-almu tagħhom jew l-aqwa xogħol favur il-fraternità bejn il-pajjiżi, għall-abolizzjoni jew it-trażżin ta' armati permanenti u għall-promozzjoni ta' kungressi għall-paċi".[2]
B'differenza mill-premjijiet l-oħrajn, il-Premju Nobel għall-Paċi jingħata fin-Norveġja u mhux fl-Iżvezja: iċ-ċerimonja tal-għotja tan-Nobel issir f'Oslo minħabba li fi żmien it-tfassil tal-Premjijiet Nobel, in-Norveġja kienet magħquda mal-Iżvezja. Ir-rebbieħ tal-Premju jiġi magħżul mill-Kumitat Norveġiż tan-Nobel li huwa magħmul minn ħames persuni magħżula mill-Parlament Norveġiż.
Minħabba n-natura l-politika ta' dan il-premju, għall-ħafna mill-istorja, l-għoti ta' dan il-premju kien suġġett għal numru ta' kontroversji. L-iktar premju riċenti ngħata lill-Programm Dinji tal-Ikel fl-2020.