Tazza Maltija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-U*Bet FA Trophy, li qabel kienet magħrufa bħala Rothman's Trophy, hija kompetizzjoni tal-futbol li sseħħ f'Malta.
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza Maltija 2015–16 | |
Tazza Maltija | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1933 |
Nru. ta' timijiet | 65 |
Reġjun | Malta |
Ċampjin attwali | Birkirkara (2014–15) |
L-aktar rebħiet | Sliema Wanderers (20 titlu) |
Magħrufa bħala l-F.A. Trophy, kien rigal mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tar-Renju Unit fl-1933. Dan segwa il-logħba bejn l-Ingilterra u Italja, li ntlagħbet f'Ruma f'Mejju 1933, li fejn numru ta' partitarji Maltin pro-Brittaniċi vvjaġġaw biex jappoġġjaw l-ġenb Ingliż. Bħala rikonoxximent, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol taw donazzjoni ta' trofew tal-fidda li għandha tintlagħab fuq il-mudell tal-FA Cup.
Id-detenturi tat-tazza huma Birkirkara, billi għelbu lil Hibernians 2-0 fil-finali. It-tim li jirbaħ it-tazza, jirbaħ post fit-tieni rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League. Din il-kompetizzjoni hija bbażata fuq bażi ta' knock-out bejn il-klabbs ta' kampjonati differenti.
Ir-rebbieħa tat-tazza jilgħabu l-finali tas-Super Cup Maltija kontra ċ-ċampjins tal-istaġun.