Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex
diversi tempji preistoriċi madwar il-Gżejjer Maltin / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex, magħrufa wkoll bħala t-Tempji Megalitiċi ta' Malta, huma għadd ta' tempji preistoriċi, u sitta minnhom ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO.[1] Dawn it-tempji megalitiċi nbnew fi tliet perjodi distinti bejn wieħed u ieħor bejn is-sena 3600 Q.K. u s-sena 2500 Q.K. f'Malta u f'Għawdex. Kien jingħad li huma l-iktar istrutturi antiki wieqfa mingħajr tkaħħil fid-dinja, għall-inqas sal-iskoperta ta' Göbekli Tepe, fit-Turkija.[2] L-arkeologi jemmnu li dawn il-kumplessi megalitiċi huma frott l-innovazzjonijiet lokali fi proċess ta' evoluzzjoni kulturali.[3][4] Dan il-proċess wassal biex jinbnew diversi tempji fil-fażi ta' Ġgantija (3600-3000 Q.K.), sakemm intlaħaq l-iktar livell kkumplikat bil-kumpless kbir tat-Tempji ta' Ħal Tarxien, li baqa' jintuża sas-sena 2500 Q.K.. Wara din id-data, il-kultura tal-bini tat-tempji fil-Gżejjer Maltin għebet għalkollox.[5][6]
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO | |
---|---|
Post | Malta |
Li jinkludi t-tempji li ġejjin: |
|
Kriterju | (iv) |
Referenza | 132ter |
Iskrizzjoni | 1980 (ir-raba' sessjoni) |
Estensjonijiet tas-sit | 1992, 2015 |
Erja | 3.155 ha |
Żona ta' lqugħ | 167 ha |