Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja (bil-Pollakk: Reprezentacja Polski w piłce nożnej) jirrappreżenta lill-Olonja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Polonja (PZPN).
Psewdonimu |
Biało-czerwoni (Il-Bojod u Ħomor) Orły (L-Ajkli) | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Polski Związek Piłki Nożnej | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Czesław Michniewicz | ||
Kaptan | Robert Lewandowski | ||
Rekord ta' preżenzi | Robert Lewandowski (132) | ||
Rekord ta' gowls | Robert Lewandowski (76) | ||
Kodiċi tal-FIFA | POL | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 26 (Awwissu 2022) | ||
L-ogħla | 5 (Awwissu 2017) | ||
L-inqas | 78 (Novembru 2013) | ||
L-ewwel logħba | |||
Ungerija 1–0 Polonja (Budapest, Ungerija; 18 ta' Diċembru 1921) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Polonja 10–0 San Marino (Kielce, Polonja; 1 ta' April 2009) | |||
L-ikbar telfa | |||
Danimarka 8–0 Polonja (Kopenħagen, Danimarka; 26 ta' Ġunju 1948) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 9 (l-ewwel fl-1938) | ||
L-aqwa riżultat | It-tielet post (1974, 1982) | ||
Kampjonati Ewropej | |||
Preżenzi | 4 (l-ewwel fl-2008) | ||
L-aqwa riżultat | Kwarti tal-finali (2016) |
Il-Polonja ħadu sehem fi tmien edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, bl-ewwel dehra tkun fl-1938 fejn ġew eliminati mill-Brażil. L-aqwa riżultat tagħhom kien it-tielet post li kisbuh darbtejn fl-1974 u l-1982; din l-era baqgħet rikonoxxuta bħala l-era tad-deheb tal-futbol internazzjonali Pollakk. Fil-Kampjonati Ewropej l-aqwa riżultat kien il-kwarti tal-finali fl-edizzjoni tal-2016 meta ġew megħluba miċ-ċampjins eventali tal-Portugall. Flimkien mal-Ukrajna, huma ospitaw l-edizzjoni tal-2012 ta' din il-kompetizzjoni. L-ikbar trijonf tal-Polonja fuq skala internazzjonali kienet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Munich tal-1972.