Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tpittir fuq il-Blat tal-Baċir Mediterran Iberiku, magħruf ukoll bħala Arti Preistorika tal-Lvant ta' Spanja, huwa sensiela ta' iktar minn 700 sit ta' tpittir preistoriku fuq il-blat li fl-1998 tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Is-siti jinsabu kollha mxerrdin fil-Lvant ta' Spanja u fihom tpittir fuq il-blat li jmur lura għall-perjodu Paleolitiku Superjuri jew (x'aktarx) għall-perjodu Mesolitiku ta' Żmien il-Ħaġar. L-arti tikkonsisti minn figuri mpittra żgħar ta' bnedmin u ta' annimali, li huma l-iżjed avvanzati u mifruxa li nstabu minn dan il-perjodu, ċertamenti fl-Ewropa, u x'aktarx fid-dinja kollha, minn tal-inqas ix-xogħlijiet bikrin. Din is-sensiela ta' siti hija notevoli għall-għadd ta' postijiet inklużi, l-ikbar konċentrazzjoni ta' arti ta' dan it-tip fl-Ewropa. L-isem jirreferi għall-Baċir Mediterran; madankollu, filwaqt li xi siti jinsabu qrib il-baħar, ħafna minnhom jinsabu 'l ġewwa f'Aragona u f'Kastilja-La Mancha).