stat sovran fit-Tramuntana tal-Afrika / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tuneżija, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tat-Tuneżija (Għarbi: الجمهورية التونسية il-Jomhūriya it-Tūnisiya, Franċiż: République Tunisienne) hi l-iżgħar pajjiż fl-Afrika ta' Fuq. It-Tuneżija għandha tliet fruntieri: l-Alġerija fil-Punent, il-Libja fil-Lbiċ u l-Baħar Mediterran fit-Tramuntana u l-Lvant. Minkejja li dan huwa pajjiż żgħir, għandu popolazzjoni kbira. Infatti l-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż tammonta għal 10.7m ruħ minkejja li għandu erja ta' 165,000 kilometru kwadru.
Quick Facts Repubblika tat-Tuneżijaالجمهورية التونسيةIl-Jomhūriya it-Tūnisiya, Lingwi uffiċjali ...
L-isem attribwit lil din l-art ġej mill-isem tal-belt kapitali, Tuneż, li tinsab lejn il-grigal tat-Tuneżija. Ġeografikament, it-Teneżija għandha fiha it-tarf tal-Lvant tal-Muntanji Atals u l-parti ta-Tramuntana tad-Deżert tas-Saħara. Għandha ħafna art b'ħamrija fertili. Il-pajjiż għandu elf u tliet mitt kilometru ta' kosta.
It-Tuneżija għandha ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea u hija membru tal-Unjoni Għarbija tal-Magreb, il-lega Għarbija u l-Unjoni Afrikana. It-Tuneżija stabbiliet relazzjonijiet viċini ma' Franza, partikolarment f'dawk is-setturi li jikkonċernaw il-ko-operazzjoni ekonomika, l-immodernizzar tal-industrija u programmi ta' privatizzazzjoni.
Ir-Rivoluzzjoni tal-2011 wasslet għat-twaqqigħ tal-president awtokratiku Zine El Abidine Ben Ali, u minn dak il-punt 'il quddiem saru l-ewwel elezzjonijiet liberi fil-pajjiż. Sa minn dak il-jum, it-Tuneżija bdiet tikkonsolida d-Demokrazija prekarja u għajfa li kellha.
Total tal-fruntieri tat-Tuneżija: 1,495 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): l-Alġerija 1,034 km; Libja 461 km.
Il-punt bl-ogħla temperatura fil-kontinent Adrijatiku ġie rreġistrat f'Kebili, peress li fl-1931 ġew irreġistrati 55 grad Celsius u huwa t-tieni post bl-ogħla temperatura rreġistrata fid-dinja.