Unuri tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol
From Wikipedia, the free encyclopedia
Fi tmiem ta' kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, diversi unuri jiġu mogħtija lil plejers u timijiet li jkunu ddistingwixxew ruħhom f'dan it-turnew, ibbażat fuq diversi aspetti tal-logħba.
Attwalment hemm sitt unuri:
- Il-Ballun tad-Deheb għall-aqwa plejer matul il-kompetizzjoni, li jingħata mill-membri tal-istampa wara li ssir votazzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Il-Ballun tal-Fidda u Il-Ballun tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Iż-Żarbuna tad-Deheb għall-aqwa skorer fil-kompetizzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Iż-Żarbuna tal-Fidda u Iż-Żarbuna tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Il-Premju Yashin għall-aqwa gowlkiper. Beda jingħata mill-1994.
- L-Aqwa Plejer Żagħżugħ għall-aqwa plejer taħt il-21 sena. Beda jingħata mill-2006.
- L-Unur FIFA Fair Play għat-tim li jkun wera l-aktar logħob rett (magħrufha aktar bħala fair play). Beda jingħata mill-1978.
- L-Aktar Tim Divertenti għat-tim li jkun iddeverta l-aktar lill-pubbliku matul it-turnew tat-Tazza tad-Dinja, kif jiġi determinat minn sondaġġ magħmul fost il-pubbliku ġenerali. Beda jingħata mill-1994.
Barra minn hekk, mill-1990 beda jiġi formulat it-tim ideali fi tmiem kull edizzjoni. Din il-lista hi magħrufha bħala l-All-Star Team.