KF Tirana
From Wikipedia, the free encyclopedia
KF Tirana (Albaniż: Klubi i Futbollit Tirana) huma l-aktar klabb tal-futbol Albaniż li għandhu suċċess , hu għanhu 51 trofej ewlenin fil-pajjiż. KF Tirana huma wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol popolari f'Tirana, b'numru konsiderevoli ta' partitarji fl-Albanija u fid-dinja. KF Tirana jilgħab il-logħob f'daru fil-kapitali Albaniża, Tirana, fl-Istadju Selman Stërmasi jew fl-Istadju Qemal Stafa. Il-klabb kien fundat fis-16 ta' Awwissu 1920 taħt l-isem ta' "Agimi Sports Association". Fl-1927 il-klabb ġie mibdul għal SK Tirana (Albaniż: Sportklub Tirana), fl-1947 "17 Nëntori Tirana", fl-1952 "Puna Tirana", u fl-1956 reġaw għal "KS 17 Nëntori", u fl-1991 il-klabb kien maqsum f'żewġ fergħat, il-fergħa multidixxiplinarja ġiet msemmija "KS Tirana" u l-fergħa tal-futbol "KF Tirana". Tirana rebħu l-ewwel titolu tagħhom fl-ewwel kampjonat Albaniż. KF Tirana huma l-uniku klabb fl-Albanija li pparteċipaw f'kull kampjonat tas-Superliga Albaniża kif ukoll it-Tazza Albaniża bdiet fl-1938. Barra minn hekk, "il-bojod u l-bluni" irrappreżentaw l-aktar skwadra qawwija Albaniża fl-Ewropa li huma għaddew 11-il darba mill-ewwel rawnd fl-istorja ta' 46 sena tagħhom. Il-klabb ħa sehem għal-ewwel darba fil-kompetizzjoni tat-Tazza Ewropea fl-istaġun 1965–66. KF Tirana ġew maħtura membri tal-ECA.[1]
Isem sħiħ | Shoqëria Anonime " Futboll–Klub "Tirana" | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Tirona Fanatics Tirona Ultras Bardheblu (Abjad u blu) | |||
Fundazzjoni | 16 ta' Awwissu 1920 (l-istess sena meta Tirana saret il-belt kapitali tal-Albanija) | |||
Grawnd | Stadju Selman Stërmasi, Korçë | |||
President | Refik Halili (en) | |||
Kowċ | Orges Shehi | |||
Kampjonat | Superliga Albaniża | |||
| ||||
Sit uffiċjali |