Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta, magħrufa aħjar bħala l-Malta Football Association (MFA) hi l-assoċjazzjoni li tiggwida l-logħba tal-futbol f'Malta. Din ġiet fundata fil-bidu tas-seklu 20, waħda mill-ewwel strutturi tal-futbol fid-dinja.
Fundazzjoni | 1900 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Konfederazzjoniijiet |
FIFA (mill-1959) UEFA (mill-1960) |
President | Norman Darmanin Demajo |
Sit uffiċjali | www.mfa.com.mt |
Mill-1910, ilha torganizza kampjonat tal-futbol Malti, waqt li fis-snin tletin introduċiet l-FA Trophy, kompetizzjoni fuq bażi eliminatorja għall-klabbs. L-MFA torganizza wkoll kompetizzjonijiet oħra, għal-logħba tal-futbol maskili, għal dik femminili u għall-futsal.
Bl-affiljazzjoni mal-FIFA (1959) u mal-UEFA (1960), it-tim nazzjonali Malti u timijiet nazzjonali ta' livelli differenti setgħu jikkompetu f'kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati minn dawn iż-żewġ konfederazzjonijiet, fosthom fil-Kampjonati Ewropej u fit-Tazza tad-Dinja. Din is-sħubija fetħet iċ-ċansijiet għall-klabbs Maltin sabiex jikkompetu f'kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA, fosthom il-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League.
Skont l-Att dwar l-Isports tat-23 ta' Jannar 2003, l-MFA għandha tieħu ħsieb l-Grawnd Nazzjonali u s-Centenary Stadium. Dan il-kumpless jinvolvi grawnds għat-taħriġ, ġinnasju, pixxina, u klinika fiżjoterapewtika.[1]