Porta Nigra
daħla Rumana tal-belt ta' Trier, il-Ġermanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Porta Nigra (li bil-Latin tfisser letteralment "bieb iswed" jew "daħla sewda") hija daħla Rumana fil-belt ta' Trier, il-Ġermanja. Illum il-ġurnata hija l-ikbar daħla Rumana fit-Tramuntana tal-Alpi. Hi waħda mid-disa' komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu Monumenti Rumani, il-Katidral ta' San Pietru u l-Knisja tal-Madonna fi Trier.[1]
L-isem Porta Nigra oriġina fil-Medju Evu minħabba l-kulur skur tal-ġebla tagħha; l-isem Ruman oriġinali ma ġiex ippreservat. In-nies tal-post ġieli jirreferu għad-daħla sempliċementi bħala Porta.