RSC Anderlecht
From Wikipedia, the free encyclopedia
Royal Sporting Club Anderlecht, magħruf ukoll bħala sempliċement Anderlecht, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Anderlecht fi Brussell. Attwalment, il-klabb jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana u huwa l-aktar klabb tal-futbol suċċessiv Belġjan fil-kompetizzjonijiet Ewropej (b'5 trofej) kif ukoll fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana (31 titli nazzjonali). Huma wkoll rebħu 9 Tazzi Nazzjonali. Huma jżommu r-rekord tal-aktar titoli konsekuttivi fil-kampjonat Belġjan, li huma biss qedgħin fl-unika naħa li rebħu 5 kampjonati Belġjani konsekuttivi bejn 1963–64 u l-1967–68.
Isem sħiħ | Royal Sporting Club Anderlecht | ||
---|---|---|---|
Fundazzjoni | 31UTCt | ||
Grawnd | Lotto Park | ||
Proprjetarju | Wouter Vandenhaute (en) | ||
Kowċ | Brian Riemer (en) | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni Belġjana | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Il-klabb twaqqaf fl-1908, huwa laħqu l-ogħla livell fil-futbol Belġjan fl-istaġun 1921–22, u ilhom jilgħabu fl-ewwel diviżjoni mill-istaġun 1935–36. Huma rebħu l-ewwel trofew maġġur tagħhom wara t-Tieni Gwerra Dinjija, b'rebħa tal-kampjonat fl-istaġun 1946–47. Wara dan, huma qatt ma spiċċaw barra minn mal-ewwel sitta fl-ewwel diviżjoni Belġjana. Dawn huma #12 fiż-żmien kollu fil-lista ta' rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-klabb (UEFA) u #10 fil-Klabbs kontinentali tal-IFFHS tas-Seklu 20 fil-klassifikazzjoni Ewropea. Anderlecht huma kklassifikati fil-41 post fil-klassifikazzjoni tal-UEFA tal-2012.[1] Fl-1986, huma kisbu l-aħjar klassifikazzjoni tal-UEFA bl-ewwel post konġunt ma Juventus.[2]
Anderlecht bdew jilgħabu l-logħbiet tagħhom f'darhom ġewwa Astrid Park fil-muniċipalità ta' Anderlecht mill-1917. L-Istadju attwali tagħhom, Stejdjum Constant Vanden Stock, fetaħ l-ewwel darba fl-1983, dan kien sostitwit mill-Istejdjum Emile Versé. Il-kuluri tradizzjonali huma vjola u abjad. Huma għandhom rivalita twila ma Club Brugge, Standard Liège u FC Brussels.