San Pietruburgu
belt federali u eks kapitali tar-Russja / From Wikipedia, the free encyclopedia
San Pietruburgu (bir-Russu: Санкт-Петербург; trażlitterat: Sankt-Peterburg, IPA: [ˈSankt pʲɪtʲɪrˈburk]; bl-Ingliż: Saint Petersburg), li qabel kienet magħrufa bħala Petrograd (1914-1924) u wara Leningrad (1924-1991), hija t-tieni l-ikbar belt fir-Russja. Il-belt tinsab fuq ix-xmara Neva, fil-kap tal-Golf tal-Finlandja fil-Baħar Baltiku, b'popolazzjoni ta' madwar 5.4 miljun resident.[1] Hija r-raba l-iktar belt popolata fl-Ewropa, l-iktar belt popolata fil-Baħar Baltiku, kif ukoll l-iktar belt fit-Tramuntana tad-dinja b'iktar minn miljun resident. Bħala port Russu importanti fil-Baħar Baltiku, il-belt hija amministrata bħala belt federali.
San Pietruburgu | |||
---|---|---|---|
Russja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Russja | ||
Kap tal-Gvern | Alexander Beglov (en) | ||
Isem uffiċjali |
Санкт-Петербург Санкт-Петербург Петроград Ленинград Sankt Petersburg Szentpétervár Sankt Petersburg Petrograd Petrográd Петраград Petrograd Петраград Leningrad Leningrád Ленінград Leningrad Ленінград Ленінград Sankt Petersburg Szentpétervár Sankt Petersburg Leningrado Լենինգրադ Պետրոգրադ Санкт-Петербург Петроград Санкт-Петербург Լենինկրատ Leninqrad Petroqrad Петроград Ленинград Санкт Петербург Санкт Петербург Leningrad Petersburg | ||
Ismijiet oriġinali |
Sankt Petersburg Санкт-Петербург | ||
Kodiċi postali |
199406u 190000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 59.95°N 30.32°E / 59.95; 30.32 | ||
Superfiċjenti | 1,439±1 kilometru kwadru | ||
Għoli | 3 m | ||
Fruntieri ma' | Leningrad Oblast (en) , Gatchinsky District (en) , Vsevolozhsky District (en) , Vyborgsky District (en) , Lomonosovsky District (en) , Tosnensky District (en) u Kirishsky District (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 5,384,342 abitanti (1 Jannar 2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | Il-ĦaddambUTCIl-Ħadd | ||
Kodiċi tat-telefon |
812 | ||
Żona tal-Ħin | Ħin ta' Moska, UTC+3u Ewropa/Moska | ||
bliet ġemellati | Gdańsk, Aqaba, Lixandra, Almaty, Anversa, Baku, Bangkok, Barċellona, Betlem, Ħavana, Amburgu, Daugavpils, Dresden, Dushanbe, Yerevan, Żagreb, Isfahan, Quebec, Cape Town, Colombo, Kotka, Košice, Lyon, Los Angeles, Manchester, Maribor, Belt ta' Melbourne, Mikkeli, Minsk, Montevideo, Mumbai, Mykolaiv, Aarhus, Osaka, Osh, Piraeus, Plovdiv, Busan, Rio de Janeiro, Riga, Rotterdam, San Pietruburgu, Santiago de Cuba, Sevastopol, Istanbul, Muniċipalità ta' Stokkolma, Tampere, Tbilisi, Daegu, Ħajfa, Khartoum, Kharkiv, Ħelsinki, Ho Chi Minh, Chengdu, Shanghai, Edinburgu, Venezja, Haiphong, Constanța, Qingdao, Astana, Johannesburg, Beijing, Mar del Plata, Buenos Aires, Adana, Varna, Bordeaux, Le Havre, Porto Alegre, Torino, Nessebar, Sofija, Oslo, Tehran, Casablanca, Thessaloniki, Devbrecen, Reinickendorf, Sousse, Rishon LeZion, Jeddah, Wenzhou, Krasnoyarsk, Budapest, Genova, Limassol, Bishkek, Xi'an, Nampho, Incheon, Manama, Guadalajara, Ulaanbaatar, Stavanger, Bizerte, Tashkent, Nizza, Pariġi, Göteborg, Addis Ababa, Guadalajara, Netanya, Turku, Gagauzia (en) , Varsavja, Kiev, Lviv, Odessa, Praga, Tallinn, Krakovja, Kaunas, Milanu Vilnius | ||
gov.spb.ru |
Il-belt ġiet stabbilita mill-Kżar Pietru l-Kbir fis-27 ta' Mejju 1703 fuq is-sit ta' fortizza Żvediża maħkuma, u ġiet imsemmija wara l-appostlu San Pietru. San Pietruburgu hija storikament u kulturalment assoċjata mat-twelid tal-Imperu Russu u mad-dħul tar-Russja fl-istorja moderna bħala potenza kbira Ewropea.[2] Kienet il-kapitali tal-Imperu Russu mmexxi mill-Kżar u tal-Imperu Russu sussegwenti mill-1713 sal-1918 (ġiet sostitwita b'Moska għal perjodu qasir bejn l-1728 u l-1730).[3] Wara r-Rivoluzzjoni ta' Ottubru fl-1917, il-Bolxeviki stabbilew il-gvern tagħhom f'Moska.[4]
San Pietruburgu hija magħrufa bħala l-“Kapitali Kulturali tar-Russja”[5], u laqgħet 'il fuq minn 15-il miljun turist fl-2018.[6][7] Hija meqjusa bħala ċentru ekonomiku, xjentifiku, kulturali u turistiku importanti tar-Russja u tal-Ewropa. Fiż-żminijiet moderni, il-belt ingħatat il-laqam tal-“Kapitali tat-Tramuntana” u hija s-sede ta' għadd ta' korpi tal-gvern federali bħall-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja u l-Kunsill Araldiku tal-President tal-Federazzjoni Russa. Hija wkoll sede tal-Librerija Nazzjonali tar-Russja u post ippjanat għall-Qorti Suprema tar-Russja. Barra minn hekk, fiha hemm ukoll il-kwartieri ġenerali kif ukoll id-dar għall-kwartieri ġenerali tal-Flotta Navali Russa, u d-Distrett Militari tal-Punent tal-Forzi Armati Russi.
Iċ-Ċentru Storiku ta' San Pietruburgu u l-Gruppi Relatati ta' Monumenti jikkostitwixxu Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. F'San Pietruburgu hemm ukoll il-Hermitage, wieħed mill-ikbar mużewijiet tal-arti fid-dinja, kif ukoll iċ-Ċentru Lakhta, l-ogħla binja fl-Ewropa. Barra minn hekk, San Pietruburgu kienet waħda mill-bliet ospitanti tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-2018.
Il-belt b'aktar minn miljun abitant l-eqreb lejn il-Pol tat-Tramuntana hija San Pietruburgu b'5,200,000 abitant u tinsab fid-59 parallel tramuntana..