Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja
tim tal-futbol tal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-irġiel li jirrappreżenta lil Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja (bl-Ispanjol: Selección Española de Fútbol) jirrappreżenta lil Spanja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola. Spanja huma wieħed fost it-tmien timijiet nazzjonali li ġew inkurunati ċampjins tad-dinja u kkwalifikaw b'mod kostanti għat-Tazza tad-Dinja mill-1978, kif ukoll huma rebbieħa ta' tliet titli kontinentali.
Psewdonimu |
La Roja La Furia Roja | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Real Federación Española de Fútbol | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Luis Enrique | ||
Kaptan | Sergio Busquets | ||
Rekord ta' preżenzi | Sergio Ramos (180) | ||
Rekord ta' gowls | David Villa (59) | ||
Kodiċi tal-FIFA | ESP | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 6 (Awwissu 2022) | ||
L-ogħla | 1 (Lulju 2008 – Ġunju 2009, Ottubru 2009 – Marzu 2010, Lulju 2010 – Lulju 2011, Ottubru 2011 – Lulju 2014) | ||
L-inqas | 25 (Marzu 1998) | ||
L-ewwel logħba | |||
Spanja 1–1 Franza (Hondarribia, Spanja; 25 ta' Mejju 1913) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Spanja 13–0 Bulgarija (Madrid, Spanja; 22 ta' Awwissu 1933) | |||
L-ikbar telfa | |||
Italja 7–1 Spanja (Amsterdam, Netherlands; 4 ta' Ġunju 1928) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 16 (l-ewwel fl-1934) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (2010) | ||
Kampjonati Ewropej | |||
Preżenzi | 11 (l-ewwel fl-1964) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1964, 2008, 2012) |
Spanja huwa l-ewwel tim nazzjonali li rebaħ tliet titli maġġuri konsekuttivi, wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 (l-ewwel tim Ewropew li rebaħ it-Tazza tad-Dinja barra l-kontinent Ewropew) bejn il-Kampjonati Ewropej tal-2008 u l-2012.[1] Mill-bidu tal-2007 sa tmiem l-2009, it-tim Spanjol lagħab 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa, rekord li jżommu mal-Brażil.[2] Dawn is-suċċessi wasslu lil ħafna esperti u kummentaturi sportivi li jeleġġu lill-iskawdra Spanjola ta' bejn l-2008 u l-2012 bħala fost l-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol.[3][4][5][6][7]