Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja (Ġermaniż:Die deutsche Fußballnationalmannschaft) jirrappreżenta lil Ġermanja f'kompetizzjoniet internazzjonali tal-futbol mill-1908.[1] It-tim huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja (Deutscher Fußball-Bund), li twaqqfet fl-1900.[2][3] Mill-1950 sal-1990, kien essenzjalment it-tim tal-Ġermanja tal-Punent,Id-DFB, ri inawgurata fl-1949, inkorporat il-klabbs tal-Berlin tal-Punent ukoll, hekk f'dawk iż-żmienijiet "Deutschland" kienet it-tim tar-Repubblika Federali u l-Berlin tal-Punent (ħadd ma sejjaħ it-tim b'dak l-isem, s'issa) hekk kif id-DFB hija bbażata fi Frankfurt, li tinsabu fil-Ġermanja tal-Punent preċedenti. Taħt l-okkupazzjoni u diviżjoni alleata, żewġ timijiet nazzjonali oħra separati kienu rikonoxxuti wkoll mill-FIFA: it-tim Saarland (1950–1956) u tim tal-Ġermanja tal-Lvant (1952–1990). Dawn iż-żewġ timijiet ġew assorbiti flimkien mar-rekords tagħhom[4][5] mit-tim nazzjonali kurrenti.
Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Joachim Löw | ||
Kaptan | Philipp Lahm | ||
Kodiċi tal-FIFA | GER | ||
|
Il-Ġermanja hija wieħed minn tliet l-aktar timijiet nazzjonali suċċessivi fil-kompetizzjonijiet internazzjonali, wara li rebħet total ta' tliet Tazzi tad-Dinja (1954, 1974, 1990) u tliet Kampjonati Ewropej (1972, 1980, 1996).[2] Huma ġew ukoll finalisti tliet darbiet fil-Kampjonati Ewropej, erba' darbiet fit-Tazza tad-Dinja, u ġew erba' darbiet fit-tielet postijiet.[2] Il-Ġermanja tal-Lvant rebħu il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi fl-1976.[6] Il-Ġermanja hija l-unika nazzjon li rebħet kemm it-Tazza tad-Dinja tal-irġiel u tan-nisa. L-istaff tal-kowċing attwali tat-tim nazzjonali jinkludu lil kowċ attwali Joachim Löw, il-kowċ assistent Hans-Dieter Flick, il-kowċ tal-gowlers Andreas Köpke, il-kowċis atletiċi Shad Forsythe u Oliver Bartlett, id-direttur sportiv Robin Dutt, u l-maniġer tat-tim Oliver Bierhoff.[7]