Arsenal FC
From Wikipedia, the free encyclopedia
Arsenal Football Club, magħruf aħjar bħala Arsenal, hu klabb tal-futbol Ingliż, li hu bbażat f'Holloway, fit-Tramuntana ta' Londra. Huma jilgħabu fil-Premier League Ingliż u huma fost l-iktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż. L-Arsenal hu l-aktar tim mill-kapitali Ingliż li rebaħ titli, u t-tielet l-aktar fuq bażi nazzjonali, fejn fost l-oħrajn rebħu tlettax-il titlu tal-Ewwel Diviżjoni u tal-Premier League u għaxar FA Cups.[1]
Isem sħiħ | Arsenal Football Club | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | The Gunners | |||
Fundazzjoni | 1886 | |||
Grawnd | Emirates Stadium (en) | |||
Proprjetarju | Kroenke Sports & Entertainment (en) | |||
President |
Stan Kroenke (en) Chips Keswick (en) | |||
Kowċ | Mikel Arteta (en) | |||
Kampjonat | Premier League | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
L-Arsenal kien fundat fl-1886, minkejja li l-ewwel trofej maġġuri waslu fis-snin tletin, b'ħames titli tal-kampjonatu tnejn tal-FA Cup. Wara perjodu kemmxejn imdallam fis-snin ta' wara l-gwerra, huma saru t-tieni klabb tas-seklu 20 li rnexxielu jagħmel id-doppjetta fl-istaġun 1970–71, u matul l-għoxrin sena li segwew huma kien wieħed mill-aktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż.
Il-kuluri tal-klabb kienu tradizzjonalment aħmar u abjad, anke jekk dawn evolvew matul l-istorja. Similarment, il-klabb biddel il-lokazzjoni tagħhom maż-żmien; it-tim kien għall-ewwel fundat f'Woolwich, fix-Xlokk ta' Londra, imma fl-1913 huma mxew lejn it-Tramuntana għall-Arsenal Stadium, f'Highbury. Fl-2006, huma ttrasferixxew lejn l-istadju kurrenti tagħhom, dak tal-Emirates Stadium.
L-Arsenal għandhom bażi kbira ta' partitarji, li jżommu rivalità kbira ma' diversi klabbs oħra; l-aktar waħda prominenti hi dik mal-ġirien tat-Tottenham Hotspur, fejn il-partiti bejniethom huma magħrufin bħala d-derby tat-Tramuntana ta' Londra. Arsenal huma wieħed mill-aktar klabbs sinjuri fil-futbol Ingliż (fejn jiswa aktar minn £600 miljun mill-2007).