Berthe Morisot
From Wikipedia, the free encyclopedia
Berthe Morisot (14 ta' Jannar 14, 1841 – 2 ta' Marzu 2, 1895) kienet pittriċi u membru taċ-ċirku ta' pitturi f'Pariġi li saru magħrufin bħala l-Impressjonisti. Għal seklu sħiħ ma tantx kienet stmata, forsi għax kienet mara, imma issa saret meqjusa waħda mill-aħjar pitturi Impressjonisti.
Fl-1864, esibiet il-pitturi tagħha għall-ewwel darba, fis-Salon de Paris, li dak iż-żmien kien stmat ħafna. Is-Salon, li kellu l-appoġġ tal-gvern, kien il-wirja uffiċjali ta' kull sena tal-Académie des beaux-arts f'Parġi u l-pitturi murijin fih kienu qabel jiġu ġġudikati mill-akademiċi. Xogħolha ntgħażel għal wirja tas-Salon sitt darbiet war xulxin[1] sa meta fl-1874, ingħaqdet mal-Impressjonisti irrefjutati fl-ewwel esibizzjoni tagħhom li inkludiet, Paul Cézanne, Edgar Degas, Claude Monet, Morisot, Camille Pissarro, Pierre-Auguste Renoir, u Alfred Sisley. Din saret fl-istudju tal-fotografu Nadar.
Édouard Manet kien il-ħabib u l-kollega tagħha u żżewwġet lil ħuħ Eugène.