Lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni
From Wikipedia, the free encyclopedia
Din hija lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni. Il-lista tinkludi pajjiżi indipendenti u territorji dipendenti abitati ibbażati fuq l-istandard ISO 3166-1. Il-popolazzjoni ta' kull pajjiż hi mogħtija wkoll bħala persentaġġ tal-popolazzjoni tad-dinja, li skont l-arloġġ tal-popolazzjoni tal-Bureau taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti hi stmata li hi 7.071 biljuni.
Skond stima separata mill-Ġnus Magħquda, qabżet is-7 biljuni f'Ottubru tal-2011. Iż-żoni li jiffurmaw parti integrali minn stati sovrani, bħall-pajjiżi tar-Renju Unit, huma magħduda bħala parti mill-istati sovrani kkonċernati. Mhumiex inklużi entitajiet oħra, bħall-Unjoni Ewropea, li mhumiex stati sovrani, u territorji dipendenti li m'għandhomx popolazzjoni permanenti, bħall-klejms ta' diversi pajjiżi għall-Antartika.
Iċ-ċifri użati f'din tabella huma bbażati fuq l-istima l-aktar riċenti jew projezzjonijiet mill-awtoritajiet taċ-ċensiment nazzjonali meta jkunu disponibbli u ġeneralment jiġu approssimati. Fejn ma jkunx hemm informazzjoni nazzjonali aġġornata disponibbli, iċ-ċifri huma bbażati fuq l-istimi tal-2012 mid-Diviżjoni tal-Popolazzjoni tad-Dipartiment tan-Ġnus Magħquda għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali. Minħabba li l-figuri miġbura ma jinġabrux fl-istess ħin f'kull pajjiż, jew bl-istess livell ta' preċiżjoni, il-paraguni numeriċi li jirriżultaw jistgħu jagħtu konklużjonijiet mhux korretti. Barra minn hekk, it-total tal-figuri tal-pajjiżi kollha mhux daqs it-total tad-dinja.