Ġnus Magħquda
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Ġnus Magħquda jew l-Organizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti hija organizzazzjoni internazzjonali li l-għanijiet tagħha huma li tiffaċilita ko-operazzjoni fejn jidħlu liġijiet internazzjonali, sigurtà internazzjonali, żvilupp ekonomiku, progress soċjali, u drittijiet umani. Din l-organizzazzjoni twaqqfet fl-1945 minflok il-Lega tan-Nazzjonijiet, biex tevita gwerer bejn in-nazzjonijiet u tipprovdi lok għal djalogu.
Dan l-artiklu dwar organizzazzjoni huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Bħalissa hemm 193[1] stat membru, li jinkludu kważi kull stat independenti magħruf. Mill-kwartieri ġenerali tagħha, li jinsabu fit-territorju internazzjonali, fl-inħawi tal-Belt ta' New York, il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħha jiddeċiedu rigward temi u kwistjonijiet sostantivi u amministrattivi, f'laqgħat regolari li jsiru matul is-sena. L-organizzazzjoni hi maqsuma f'fergħat amministrivvi, li huma:
- L-Assemblea Ġenerali (L-assemblea pinċipali);
- Il-Kunsill għas-Sigurtà (jiddeċiedi dwar riżoluzzjonijiet għall-paċi u sigurtà; fil-Kunsill tas-Sigurta’ hemm 15-il pajjizi, 10 jinbidlu kull sentejn, waqt li l-5 oħra l-aktar b’saħħithom USA-Russja-Franza-l-Ingilterra –c-Ċina huma dejjem hemm. Dawn jiddeciedu x’għandu jsir meta jkun hemm zmien difficli bħal Gwerra. Malta kienet membru fl-1983-84.);
- Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (jippromwovi żvilupp ekonomiku u ko-operazzjoni soċjali);
- Is-Segratarjat (jagħmel studji, riċerka, u jipprovdi faċilitajiet li l-ĠM tista' tiġi bżonn);
- Il-Qorti Internazzjonali għall-Ġustizzja (L-organu ġudizzjarju ewlieni).
Fergħat oħrajn jieħdu ħsieb il-governanza tal-aġenziji tas-Sistemi tal-Ġnus Magħquda, bħall-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (World Health Organization (WHO)), il-Fond tal-Ġnus Magħquda għat-Tfal (United Nations Children's Fund (UNICEF)), u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization (UNESCO)).
Is-Segretarju Ġenerali preżenti tal-Ġnus Magħquda huwa António Guterres mill-Portugall.
L-organizzazzjoni Ġnus Magħquda hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet volontarji meqjusa, mill-istati membri. Il-lingwi uffiċjali tal-Ġnus Magħquda huma sitta: L-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, u l-Ispanjol.
Malta saret membru tal-Ġnus Magħquda fl-1964 meta ħadet l-Independenza u saret stat bil-Gvern tagħha.
Fis-snin erbgħin id-dinja kienet mifnija bil-problemi meta ħafna pajjiżi kienu mkissrin bit-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet għad ma ntemmitx u xorta waħda ħafna pajjiżi ħassew li għandhom jingħaqdu biex jiġġieldu front wieħed biex isalvaw id-dinja minn aktar traġedji.
L-ewwel persuna li kien nissel il-kelma “Ġnus Magħquda” kien il-President tal-Istati Uniti Franklin D. Roosevelt. Hu kien uża din il-kelma fl-1 ta’ Jannar ta’ l-1942 meta rappreżentanti ta’ 26 pajjiż kienu ltaqgħu u ftehmu li l-gvernijiet tagħhom għandhom ikomplu jiġġieldu flimkien kontra l-‘Axis Powers’ (il-Ġermanja Nażista, l-Italja Faxxista u l-Ġappun).