Ludwik Lejzer Zamenhof
oftalmologu u inventur tal-Esperanto / From Wikipedia, the free encyclopedia
Ludwik Lejzer Zamenhof (twieled fil-15 ta' Diċembru 1859 – miet fl-14 ta' April 1917) kien oftalmologu li għex il-biċċa l-kbira ta' ħajtu f'Varsavja, il-Polonja. Huwa magħruf l-iktar bħala l-ħallieq tal-Esperanto, l-iżjed lingwa awżiljarja internazzjonali kostruwita li tintuża b'mod mifrux.[1]
Ludwik Lejzer Zamenhof | |
---|---|
Vuċi | |
Ħajja | |
Isem propju | Лейзеръ Заменговъ |
Twelid | Białystok, 15 Diċembru 1859 |
Nazzjonalità | Imperu Russu |
Residenza |
Białystok Varsavja Moska Hrodna Płock Veisiejai Kerson Varsavja Varsavja Vjenna Varsavja Varsavja Varsavja |
L-ewwel lingwa |
Jiddixx Russu |
Mewt | Varsavja, 14 April 1917 |
Post tad-dfin |
Okopowa Street Jewish Cemetery (en) qabar ta' Ludwik Lejzer Zamenhof |
Familja | |
Missier | Markus Zamenhof |
Omm | Rozalia Zamenhof |
Konjuga/i | Klara Zamenhof (9 Awwissu 1887 - unknown value) |
Ulied |
uri
|
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Tribù | familja Zamenhof |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Fakultà tal-Mediċina tal-Università ta' Moska Università Imperjali ta' Varsavja |
Livell tal-edukazzjoni | dottorat |
Lingwi |
Esperanto Russu Pollak Ġermaniż Latin Ebrajk Franċiż Grieg Ingliż Jiddixx Volapûk |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
lingwista oftalmologu inventur poeta traduttur Esperantista tabib kittieb mediku traduttur tal-Bibbja Esperantologu |
Parteċipant
| |
Xogħlijiet importanti |
Unua Libro Dua Libro Fundamento de Esperanto Ho, mia kor' (en) Esperanto umanitiżmu |
Premjijiet | |
Nominat għal |
uri
|
Sħubija | Kumitat tal-Esperanto |
Moviment |
moviment tal-Esperanto Żioniżmu |
Psewdonomu | Doktoro Esperanto, Gamzefon, Unuel, Anna R., Homo sum, Amikou Hemza |
Zamenhof żviluppa l-Esperanto għall-ewwel darba fl-1873 meta kien għadu l-iskola. Huwa dejjem kien affaxxinat mill-idea ta' dinja mingħajr gwerra u kien jemmen li dan seta' jitwettaq bl-għajnuna ta' lingwa awżiljarja internazzjonali ġdida. Il-lingwa kienet tkun għodda biex tgħaqqad lin-nies flimkien permezz ta' komunikazzjoni newtrali, ġusta u ekwa. Huwa rnexxielu jifforma komunità li għadha għaddejja sa llum il-ġurnata minkejja l-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija tas-seklu 20, tentattivi ta' riforma tal-lingwa, u lingwi awżiljarji internazzjonali iktar moderni (l-unika lingwa oħra bħall-Esperanto dak iż-żmien kienet il-Volapük). Barra minn hekk, l-Esperanto żviluppat bħal lingwi oħra: permezz tal-interazzjoni u l-kreattività tal-utenti tagħha.
Fid-dawl tal-kisbiet tiegħu, u l-appoġġ li ta għad-djalogu interkulturali, l-UNESCO għażlet lil Zamenhof bħala wieħed mill-personalitajiet eminenti tagħha fl-2017, fil-mitt anniversarju ta' mewtu. Mill-2019, hemm mill-inqas żewġ miljun persuna li titkellem l-Esperanto, inkluż bejn wieħed u ieħor 1,000 kelliem nattiv.[2][3]