Premier League 2009–10
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-istaġun 2009–10 tal-Premier League (magħruf bħala l-Barclays Premier League minħabba raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) kien it-tmintax-il staġun tal-Premier League minn meta ġie stabbilit lura fl-1992. Total ta' 20 tim ikkompetew f'dan il-kampjonat, bit-tim ta' Chelsea jtemmu r-renju ta' tliet snin ta' Manchester United, biex rebħu dan it-titlu, fi staġun li rahom jiskorjaw rekord ta' 103 gowls. L-istaġun beda bil-partita bejn Chelsea u Hull City fil-15 ta' Awwissu 2009 li ntemmet b'rebħa għal Chelsea bl-iskor ta' 2–1. Il-plejer ta' Hull, Stephen Hunt skorja l-ewwel gowl ta' dan l-istaġun, f'partita li kienet timmarka wkoll id-debutt kompetittiv mal-klabb il-ġdid tiegħu. L-istaġun spiċċa fid-9 ta' Mejju 2010.
Rebbieħa | Chelsea |
---|---|
Relegati |
Portsmouth Burnley Hull City |
Logħbiet | 380 |
Gowls skurjati | 1053 (2.77 kull logħba) |
Bidu tal-istaġun | 15 ta' Awwissu 2009 |
Tmiem tal-istaġun | 9 ta' Mejju 2010 |
← 2008–09 2010–11 → |
Fi Frar tal-2010, Portsmouth saru l-ewwel klabb membru tal-Premier League li mar f'amministrazzjoni.[1] Huma tnaqqsulhom disa' punti, u xahrejn wara saru l-ewwel tim tal-istaġun li ġew relegati.