Premier League 2008–09
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Premier League 2008–09 kien is-sbatax-il edizzjoni tal-Premier League minn meta ġie stabbilit fl-1992. Manchester United ġew inkurunati ċampjins għall-ħdax-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun. Il-kampjonat beda fis-16 ta' Awwissu 2008,[1] u spiċċa fl-24 ta' Mejju 2009. Total ta' għoxrin tim ikkontestaw dan il-kampjonat, li jikkonsistu minn sbatax li ħadu sehem fl-istaġun ta' qabel u tlieta li ġew promossi mill-Football League Championship.
Rebbieħa | Manchester United |
---|---|
Relegati |
Newcastle United Middlesbrough West Bromwich Albion |
Logħbiet | 380 |
Gowls skurjati | 942 (2.48 kull logħba) |
Bidu tal-istaġun | 16 ta' Awwissu 2008 |
Tmiem tal-istaġun | 24 ta' Mejju 2009 |
← 2007–08 2009–10 → |
Minn dan l-istaġun, il-klabbs huma permessi li jagħżlu seba' plejers fuq il-bank tas-sostituti minflok ħamsa.[2] Dan l-istaġun hu differenti wkoll minħabba li ma kienx hemm il-partita tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena. Din hi minħabba li t-Tielet Rawnd tal-FA Cup li tradizzjonalment tintlagħab fl-ewwel Sibt ta' Jannar, ħabtet fl-istess ġurnata tal-logħob tal-Ewwel tas-Sena mill-kampjonat.[3]
L-ewwel gowl tal-istaġun ġie skurjat fl-ewwel logħba tal-istaġun mill-plejer tal-Arsenal Samir Nasri kontra t-tim promoss ta' West Bromwich Albion fir-raba' minuta tal-ewwel taqsima.[4] Gabriel Agbonlahor tal-Aston Villa skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun kontra Manchester City, fejn irnexxielu jagħmel dan f'temp ta' seba' minuti.[5]
Manchester United ħadu t-titlu tal-Premier League wara dro kontra Arsenal nhar is-16 ta' Mejju 2009, li tahom il-ħdax-il titlu tal-kampjonat, u t-tmintax-il wieħed totali, fejn b'hekk ugwaljaw ir-rekord miżmum minn Liverpool. Din kienet it-tieni darba li t-titlu rebħuh għal tliet snin infila, wara s-serje ta' rebħiet fl-2001. West Bromwich Albion saru l-ewwel tim relegat għaċ-Championship wara telfa ta' 2–0 ġewwa darhom kontra Liverpool nhar is-17 ta' Mejju 2009. Magħhom ingħaqdu Middlesbrough u Newcastle United li fl-aħħar ġurnata tal-istaġun tilfu kontra West Ham United u Aston Villa rispettivament. Dan ifisser li Hull City u Sunderland salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minkejja li tilfu kontra Manchester United u Chelsea. Din kienet l-ewwel darba mill-istaġun 2005–06 li aktar minn tim promoss wieħed żamm postu fil-Premier League.