Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930 kienet l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, il-kampjonat internazzjonali għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġiel. Din saret ġewwa l-Urugwaj bejn it-13 u t-30 ta' Lulju 1930. Il-FIFA, il-federazzjoni internazzjonali li tiggverna l-futbol, għażlet l-Urugwaj bħala l-pajjiż ospitu minħabba li l-pajjiż kien se jiċċelebra ċ-ċentinarju mill-ewwel kostituzzjoni tiegħu, u t-tim nazzjonali tal-Urugwaj irnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tas-sajf 1928. Il-logħbiet kollha ntlagħbu fil-kapitali Urugwajana ta' Montevideo, il-maġġornaza fl-Estadio Centenario, li ġie mibni speċifikament għal dan il-kampjonat.
1er Campeonato Mundial de Futbol | |
---|---|
Kartellun uffiċjali | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Urugwaj |
Dati | 13 ta' Lulju – 30 ta' Lulju |
Parteċipanti | 13 (minn 6 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 3 (f'belt ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Urugwaj |
It-Tieni post | Arġentina |
It-Tielet post | Stati Uniti |
Ir-Raba' post | Jugożlavja |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 18 |
Gowls skorjati | 80 (4.44 kull logħba) |
Attendenza | 434,500 (24,139 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Guillermo Stábile (8 gowls) |
1934 → |
Tlettax-il tim, sebgħa mill-Amerika t'Isfel, erbgħa mill-Ewropa u tnejn mill-Amerika ta' Fuq daħlu għal din il-kompetizzjoni. In-nuqqas fin-numru ta' timijiet Ewropej kien minħabba d-diffikultajiet sabiex jivvjaġġaw lejn l-Amerika t'Isfel. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' gruppi, bir-rebbieħ ta' kull wieħed minnhom jgħaddi għas-semifinali. L-ewwel żewġ logħbiet tat-Tazza tad-Dinja intlagħbu fl-istess ħin u ġew mirbuħa minn Franza u l-Istati Uniti, li għelbu lill-Messiku 4–1 u lill-Belġju 3–0, rispettivament. Lucien Laurent ta' Franza kien li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-gowler Amerikan Jimmy Douglas żamm l-ewwel xibka mhux mittiefsa tal-kampjonat.
L-Arġentina, l-Urugwaj, l-Istati Uniti u l-Jugożlavja lkoll rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom sabiex ikkwalifikaw għas-semifinali. Fil-finali, il-favoriti Urugwaj għelbu lill-Arġentina 4–2 quddiema 93,000 ruħ, u b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebħu t-Tazza tad-Dinja.