Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934 kienet it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA. Din saret fl-Italja bejn is-27 ta' Mejju u l-10 ta' Ġunju 1934.
Quick Facts Campionato Mondiale di Calcio, Dettalji tal-kompetizzjoni ...
Campionato Mondiale di Calcio | |
---|---|
Kartellun uffiċjali | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Italja |
Dati | 27 ta' Mejju – 10 ta' Ġunju |
Parteċipanti | 16 (minn 4 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Italja |
It-Tieni post | Ċekoslovakkja |
It-Tielet post | Ġermanja |
Ir-Raba' post | Awstrija |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 17 |
Gowls skorjati | 70 (4.12 kull logħba) |
Attendenza | 363,000 (21,353 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Oldřich Nejedlý (5 gowls) |
← 1930 1938 → |
Close
Din l-edizzjoni kienet l-ewwel darba fejn it-timijiet kellhom jikkwalifikaw biex jieħdu sehem. 31 pajjiż daħlu għal din il-kompetizzjoni, u wara l-kwalifikazzjoni, 16-il tim ipparteċipa fil-fażi finali. Iċ-ċampjins renjanti, l-Urugwaj, irrifjutaw li jieħdu sehem minħabba l-fatt li erba' timijiet Ewropej biss kienu aċċettaw li jipparteċipaw fil-kampjonat tal-1930.[1] L-Italja saret it-tieni ċampjin tat-Tazza tad-Dinja u l-ewwel Ewropew li rebaħha, wara li għelbet liċ-Ċekoslovakkja 2–1 fil-finali.