Bundesliga (Awstrija)
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Bundesliga Awstrijaka (bil-Ġermaniż: Österreichische Fußball-Bundesliga) hija l-ogħla kampjonat nazzjonali tal-klabbs tal-futbol fl-Awstrija. Hija kompetizzjoni li tiddeċiedi ċ-ċampjins nazzjonali tal-futbol Awstrijaċi , kif ukoll dawk li jidħlu għat-tazzi Ewropej varji mmexxija mill-UEFA. L-Awstrija telgħet mid-19-il għall-15 post fil-koeffiċjenti tal-UEFA fl-aħħar tal-istaġun 2011-12,[1] il-kampjonat kiseb it-tieni post tiegħu għaċ-UEFA Champions League.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb f'xi wħud minn dawn: il-grammatika, l-istil u/jew it-ton. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah. |
Bundesliga (Awstrija) | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1974 |
Nru. ta' timijiet | 10 |
Reġjun | Awstrija |
Ċampjin attwali | Red Bull Salzburg (2018–19) |
L-aktar rebħiet | Rapid Wien (32 titlu) |
Sit elettroniku | www.bundesliga.at |
Il-Bundesliga Awstrijaka, li bdiet fl-istaġun 1974–75, kienet assoċjazzjoni reġistrata separata mill-1 ta' Diċembru 1991. Il-kampjonat ġie aktar mirbuħa miż-żewġ ġganti ta' Vjenna FK Austria Wien, li kienu ċampjins nazzjonali 23 darba, u SK Rapid Wien, li rebħu t-titolu nazzjonali 32 darba. Fil-preżent huwa kien magħmul minn żewġ taqsimiet – il-Bundesliga u l-Ewwel Diviżjoni, magħrufa bħala "tipp3-Bundesliga mħaddma minn T-Mobile" u "Heute für Morgen Erste Liga" għal raġunijiet sponsorizzazzjoni.
Iċ-ċampjins kurrenti huma Red Bull Salzburg, li rebħu l-kompetizzjoni tal-2014–15.