Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol ta' Malta u hu kkontrollat mill-Malta Football Association. Iffurmat fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-tim naqas li javvanza għal xi fażi finali ta' kompetizzjoni internazzjonali. Sa Settembru 2011, in-nazzjonal Malti rnexxielu jikseb biss erba' rebħiet kompetittivi. Minkejja prestazzjonijiet qalbiena kontra timijiet iktar kwotati, speċjalment matul is-snin sebgħin u tmenin, ir-rendiment tat-tim fis-snin riċenti naqas drastikament, b'Malta titlef diversi postijiet fil-klassifika dinjija tal-FIFA.
Quick Facts Psewdonimu, Assoċjazzjoni ...
Psewdonimu | Knights of St John, Il-Ħomor | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Malta Football Association | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Devis Mangia | ||
Rekord ta' preżenzi | Michael Mifsud (143) | ||
Rekord ta' gowls | Michael Mifsud (42) | ||
Stadju prinċipali | Grawnd Nazzjonali Ta' Qali | ||
Kodiċi tal-FIFA | MLT | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 169 (Awwissu 2022) | ||
L-ogħla | 66 (Settembru 1994, Settembru 1995) | ||
L-inqas | 191 (Lulju 2017, Settembru 2017) | ||
L-ewwel logħba | |||
Malta 2 – 3 Awstrija (Gżira, Malta; 24 ta' Frar 1957) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Malta 7 – 1 Liechtenstein (Ta' Qali, Malta; 26 ta' Marzu 2008) | |||
L-ikbar telfa | |||
Spanja 12 – 1 Malta (Sivilja, Spanja; 21 ta' Diċembru 1983) |
Close