Mesut Özil
From Wikipedia, the free encyclopedia
Mesut Özil (Gelsenkirchen, 15 ta' Ottubru 1988) huwa plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab ma' Fenerbahçe. Özil kien membru tat-tim nazzjonali żagħżugħ mill-2006, u membru tat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-2009. Huwa kiseb attenzjoni internazzjonali matul it-Tazza tad-Dinja 2010 u kien nominat għall-Premju tal-Ballun tad-Deheb, li kien mogħti lill-aħjar plejer tal-kompetizzjoni. Fl-2006, Özil beda l-karriera professjonali tiegħu mal-klabb lokali Schalke fil-Bundesliga, fl-2008 hu ġie trasferit ma' Werder Bremen u f'Awwissu 2010 ma' Real Madrid wara l-prestazzjoni brillanti tiegħu fit-Tazza tad-Dinja mal-Ġermanja. Fl-2011, Özil ġie kklassifikat l-ewwel fl-assisti fil-kompetizzjonijiet maġġuri u domestiċi Ewropej b'25. Fl-2012, hu reġa' ġie kklassifikat l-ewwel fil-klassifika tal-assisti ta' La Liga bi 17.[4][5] Hu kien wieħed mill-aqwa assisti kemm fit-Tazza tad-Dinja 2010 u kemm fil-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Mesut Özil[1] | ||
Twelid | 15 ta' Ottubru 1988 (1988-10-15) (35 sena) Gelsenkirchen, Ġermanja | ||
Tul | 1.80 m[2][3] | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Fenerbahçe | ||
Numru | 10 | ||
Mixtliet | |||
1995–1998 | Westfalia 04 Gelsenkirchen | ||
1998–1999 | Teutonia Schalke-Nord | ||
1999–2000 | Falke Gelsenkirchen | ||
2000–2005 | Rot-Weiss Essen | ||
2005–2007 | Schalke 04 | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2008 | Schalke 04 | ||
2008–2010 | Werder Bremen | ||
2010–2013 | Real Madrid | ||
2013–2021 | Arsenal | ||
2021– | Fenerbahçe | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2007 | Ġermanja U19 | ||
2007–2009 | Ġermanja U21 | ||
2009–2018 | Ġermanja |